GDPR - BG CS DE EL EN ES ET FI FR GA IT LV LT MT PT SK SL SV
ГЛАВА II
Принципи
Член 8 Условия, приложими за съгласието на дете във връзка с услугите на информационното общество
1. Когато се прилага член 6, параграф 1, буква а), във връзка с прякото предлагане на услуги на информационното общество на деца, обработването на данни на дете е законосъобразно, ако детето е поне на 16 години. Ако детето е под 16 години това обработване е законосъобразно само ако и доколкото такова съгласие е дадено или разрешено от носещия родителска отговорност за детето. Държавите членки могат да предвидят в правото си по-ниска възраст за същите цели при условие че тази по-ниска възраст не е под 13 години. 2. В такива случаи администраторът полага разумни усилия за удостоверяване, че съгласието е дадено или разрешено от носещия родителска отговорност за детето, като взема предвид наличната технология. 3. Параграф 1 не засяга общото договорно право на държавите членки като разпоредбите относно действителността, сключването или последиците от даден договор по отношение на дете.
|
GDPR - BG CS DE EL EN ES ET FI FR GA IT LV LT MT PT SK SL SV
KAPITOLU II
Prinċipji
Artikolu 8 Kondizzjonijiet applikabbli għall-kunsens ta' minorenni fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni
1. Fejn ikun japplika l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), fir-rigward tal-offerta ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-data personali ta' minorenni jkun skont il-liġi fejn il-minorenni jkollu mill-inqas l-età ta' 16-il sena. Fejn il-minorenni jkollu anqas minn 16-il sena, tali pproċessar ikun legali biss jekk, u sal-punt li, il-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta' ġenitur fuq il-minorenni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal età inqas għal dawk il-finijiet sakemm tali età inqas ma tkunx inqas minn 13-il sena. 2. Il-kontrollur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jivverifika f'tali każijiet li l-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta' ġenitur fuq il-minorenni, b'kont meħud tat-teknoloġija disponibbli. 3. Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt ġenerali tal-Istati Membri dwar il-kuntratti bħar-regoli dwar il-validità, it-tiswir jew l-effett ta' kuntratt fir-rigward ta' minorenni.
|
dal 2004 diritto e informatica