Artikolu 93
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
KAPITOLU XI
Dispożizzjonijiet finali
whereas
(31) L-awtoritajiet pubbliċi li lilhom tiġi żvelata data personali f'konformità ma' obbligu legali għall-eżerċizzju tal-missjoni uffiċjali tagħhom, bħall-awtoritajiet tat-taxxa u doganali, l-unitajiet ta' investigazzjoni finanzjarja, l-awtoritajiet amministrattivi indipendenti, jew l-awtoritajiet tas-swieq finanzjarji, responsabbli mir-regolazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq tat-titoli ma għandhomx jitqiesu bħala destinatarji jekk jirċievu data personali li tkun meħtieġa biex issir inkjesta partikolari fl-interess ġenerali, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru.
It-talbiet għal żvelar li jintbagħtu mill-awtoritajiet pubbliċi għandhom dejjem ikunu bil-miktub, motivati u okkażjonali u m'għandhomx jikkonċernaw sistema sħiħa ta' arkivjar jew iwasslu għall-interkonnessjoni ta' sistemi ta' arkivjar.
L-ipproċessar ta' data personali minn dawk l-awtoritajiet pubbliċi għandu jikkonforma mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data skont l-għanijiet tal-ipproċessar.
- = -
(79) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tal-monitoraġġ mill-awtoritajiet superviżorji u l-miżuri tagħhom, tirrikjedi allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma' kontrolluri oħra jew fejn issir attività ta' pproċessar f'isem kontrollur.
- = -