interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- tax-xogħol 5
- ftehimiet 4
- qabel 3
- fil-post 3
- personali 3
- data 3
- għall-finijiet 2
- partikolari 2
- tal-ipproċessar 2
- it-twettiq 2
- grupp 2
- mejju 2
- dwar 2
- konklużi 2
- fir-rigward 2
- għandhom 2
- artikolu 2
- internazzjonali 2
- biex 2
- tal-impjiegi 2
- speċifiċi 2
- membri 2
- bil-liġi 2
- fil-kuntest 2
- kollettivi 2
- dawk 1
- lill-kummissjoni 1
- tal-liġi 1
- il-paragrafu 1
- sal- 1
- skont 1
- jadotta 1
- jinnotifika 1
- tiegħu 1
- id-dispożizzjonijiet 1
- għandu 1
- attività 1
- ekonomika 1
- involuti 1
- intrapriżi 1
- impriżi 1
- konġunta 1
- s-sistemi 1
- stat 1
- membru 1
- revokati 1
- kull 1
- monitoraġġ 1
- sostitwiti 1
- kwalunkwe 1
Artikolu 88
Ipproċessar fil-kuntest tal-impjiegi
1. L-Istati Membri jistgħu, bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, jipprevedu regoli aktar speċifiċi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali ta' impjegati fil-kuntest tal-impjiegi, b'mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stipulati bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-ugwaljanza u d-diversità fil-post tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-proprjetà ta' min iħaddem jew il-klijent u għall-finijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta' drittijiet u benefiċċji relatati mal-impjieg, u għall-fini tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.
2. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu miżuri xierqa u speċifiċi biex jissalvagwardjaw id-dinjità tal-bniedem tas-suġġett tad-data, l-interessi leġittimi u d-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza tal-ipproċessar, it-trasferiment ta' data personali fi grupp ta' impriżi, jew grupp ta' intrapriżi involuti f'attività ekonomika konġunta u s-sistemi ta' monitoraġġ fil-post tax-xogħol.
3. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sal-25 ta' Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 96
Relazzjoni ma' ftehimiet konklużi minn qabel
ftehimiet internazzjonali li jinvolvu t-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li ġew konklużi mill-Istati Membri qabel l-24 ta' Mejju 2016 u li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni kif applikabbli qabel dik id-data, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu emendati, sostitwiti jew revokati.
whereas
dal 2004 diritto e informatica