GDPR - BG CS DE EL EN ES ET FI FR GA IT LV LT MT PT SK SL SV
ГЛАВА VI
Независими надзорни органи
Раздел 1
Независим статут
Член 52 Независимост
1. Всеки надзорен орган действа напълно независимо при изпълнението на задачите си и упражняването на правомощията си съгласно настоящия регламент. 2. При изпълнението на задачите си и упражняването на правомощията си в съответствие с настоящия регламент членът или членовете на надзорния орган остават независими от външно влияние, било то пряко или непряко, и нито търсят, нито приемат инструкции от когото и да било. 3. Член или членовете на всеки надзорен орган се въздържат от всякакви несъвместими със задълженията им действия и по време на своя мандат не се ангажират с никакви несъвместими функции, независимо дали срещу възнаграждение или безвъзмездно. 4. Всяка държава членка гарантира, че на всеки надзорен орган са предоставени човешки, технически и финансови ресурси, помещения и инфраструктура, необходими за ефективното изпълнение на неговите задачи и упражняването на неговите правомощия, включително на тези, които ще бъдат изпълнявани в контекста на взаимопомощта, сътрудничеството и участието в Комитета. 5. Всяка държава членка гарантира, че всеки надзорен орган избира и разполага със свой собствен персонал, който е подчинен изключително на члена или членовете на засегнатия надзорен орган. 6. Всяка държава членка гарантира, че всеки надзорен орган подлежи на финансов контрол, който не засяга неговата независимост и че той има отделен, публичен годишен бюджет, който може да бъде част от общия държавен или национален бюджет.
|
GDPR - BG CS DE EL EN ES ET FI FR GA IT LV LT MT PT SK SL SV
KAPITOLU VI
Awtoritajiet superviżorji indipendenti
Taqsima 1
Status indipendenti
Artikolu 52 Indipendenza
1. Kull awtorità superviżorja għandha taġixxi b'indipendenza sħiħa fit-twettiq tal-kompiti tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament. 2. Il-membru jew il-membri ta' kull awtorità superviżorja għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament, jibqgħu ħielsa minn influwenza esterna, sew jekk tkun diretta jew indiretta, u m'għandhomx ifittxu u jieħdu istruzzjonijiet mingħand ħadd. 3. Membru jew membri ta' kull awtorità superviżorja għandhom iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u ma għandhomx, matul il-mandat tagħhom, jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe okkupazzjoni inkompatibbli, sew jekk bi qligħ jew le. 4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull awtorità superviżorja tiġi pprovduta bir-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji, il-bini u l-infrastruttura meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħha u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, inklużi dawk li għandhom jitwettqu fil-kuntest ta' assistenza, kooperazzjoni u parteċipazzjoni reċiproki fil-Bord. 5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull awtorità superviżorja tagħżel u jkollha l-persunal tagħha stess li għandu jkun soġġett għad-direzzjoni esklużiva tal-membru jew il-membri tal-awtorità superviżorja konċernata. 6. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull awtorità superviżorja tkun soġġetta għal kontroll finanzjarju li ma jaffettwax l-indipendenza tagħha u li jkollha baġits annwali separati u pubbliċi, li jistgħu jkunu parti mill-baġit globali tal-istat jew nazzjonali.
|
dal 2004 diritto e informatica