interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- personali 7
- għal 7
- pproċessata 6
- tiġi 6
- tkun 5
- tad-data 4
- finijiet 4
- għall-finijiet 4
- meħtieġ 3
- id-data 3
- għalihom 3
- jkun 3
- xierqa 2
- pubbliku 2
- fl-interess 2
- konformità 2
- arkivjar 2
- mal-artikolu 2
- mal-finijiet 2
- tekniċi 2
- tinżamm 2
- għandu 2
- mhux 2
- organizzattivi 2
- “limitazzjoni 2
- storika 2
- statistika 2
- inkompatibbli 2
- xjentifika 2
- riċerka 2
- tas-suġġett 2
- biss 1
- soġġett 1
- sakemm 1
- itwal 1
- għall-konformità 1
- għall-implimentazzjoni 1
- kunfidenzjalità” 1
- il-kontrollur 1
- tal-miżuri 1
- responsabbli 1
- perijodi 1
- tinħażen 1
- “responsabbiltà” 1
- aktar 1
- tas-suġġetti 1
- l-identifikazzjoni 1
- tippermetti 1
- żmien 1
- milli 1
Artikolu 5
Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta' data personali
1. Id-data personali għandha:
(a) | tkun ipproċessata legalment, ġustament u b'mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data (“legalità, ġustizzja u trasparenza”); |
(b) | tinġabar għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b'mod inkompatibbli ma' dawk il-finijiet; f'konformità mal-Artikolu 89(1), l-ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika ma għandux jitqies bħala inkompatibbli mal-finijiet inizjali (“limitazzjoni tal-fini”); |
(c) | tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li hu meħtieġ b'rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata (“minimizzazzjoni tad-data”); |
(d) | tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li d-data personali li ma tkunx eżatta, b'kont meħud tal-għanijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien (“preċiżjoni”); |
(e) | tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data personali tkun qed tiġi pproċessata; id-data personali tista' tinħażen għal perijodi itwal sakemm id-data personali tiġi pproċessata biss għall-finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għall-finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għall-finijiet ta' statistika f'konformità mal-Artikolu 89(1) soġġett għall-implimentazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi adatti meħtieġa minn dan ir-Regolament sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data (“limitazzjoni tal-ħażna”); |
(f) | tiġi pproċessata b'mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, inkluża l-protezzjoni mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta' miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa (“integrità u kunfidenzjalità”). |
2. Il-kontrollur għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-paragrafu 1 u jkun kapaċi juriha (“responsabbiltà”).
whereas
dal 2004 diritto e informatica