interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- tad-data 4
- il-kategoriji 4
- tal-ipproċessar 4
- pubblika 3
- miżura 3
- l-libertajiet 3
- membru 3
- stat 3
- tal-unjoni 3
- interess 2
- is-sigurtà 2
- ġenerali 2
- oħrajn 2
- l-finijiet 2
- partikolari 2
- id-dritt 2
- l-investigazzjoni 2
- kriminali 2
- inkluż 2
- is-salvagwardji 2
- l-ambitu 2
- is-sejbien 2
- il-prevenzjoni 2
- sakemm 2
- importanti 2
- il-protezzjoni 2
- jkun 2
- previsti 2
- fl-artikoli 2
- tas-suġġetti 2
- l-artikolu 2
- leġiżlattiva 2
- każijiet 1
- imsemmija 1
- fil-punti 1
- tas-suġġett 1
- fejn 1
- okkażjonalment 1
- jekk 1
- mal-eżerċizzju 1
- rilevanti 1
- id-drittijiet 1
- awtorità 1
- uffiċjali 1
- tal-inqas 1
- kull 1
- msemmija 1
- b 1
- ċivili 1
- pretensjonijiet 1
Artikolu 23
Restrizzjonijiet
1. Il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew il-proċessur tad-data tista' tirrestrinġi permezz ta' miżura leġiżlattiva l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 22 u l-Artikolu 34, kif ukoll l-Artikolu 5 sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 12 sa 22, meta tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta':
(a) | is-sigurtà nazzjonali; |
(b) | id-difiża; |
(c) | is-sigurtà pubblika; |
(d) | il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta' theddidiet għas-sigurtà pubblika; |
(e) | objettivi importanti oħrajn ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, inkluż, kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali; |
(f) | il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u l-proċedimenti ġudizzjarji; |
(g) | il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' ksur ta' etika għal professjonijiet regolati; |
(h) | funzjoni ta' monitoraġġ, ispezzjoni jew regolatorja marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali f'każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) u (g); |
(i) | il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni oħrajn; |
(j) | l-infurzar ta' pretensjonijiet skont id-dritt ċivili. |
2. B'mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas, fejn rilevanti, dwar:
(a) | il-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar, |
(b) | il-kategoriji ta' data personali, |
(c) | l-ambitu tar-restrizzjonijiet introdotti, |
(d) | is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew tal-aċċess jew it-trasferiment illegali; |
(e) | l-ispeċifikazzjoni tal-kontrollur jew il-kategoriji tal-kontrolluri, |
(f) | il-perijodi ta' ħażna u s-salvagwardji applikabbli b'kont meħud tan-natura, l-ambitu u l-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar; |
(g) | ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data; u |
(h) | id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkunu infurmati dwar ir-restrizzjoni, sakemm dak ma jistax jippreġudika l-finijiet tar-restrizzjoni. |
KAPITOLU IV
Kontrollur u proċessur
whereas
dal 2004 diritto e informatica