interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ewropew 5
- għandu 5
- għall-protezzjoni 5
- tad-data 5
- tal-bord 4
- involut 3
- fit-twettiq 3
- għall-komunikazzjoni 3
- kkonferiti 3
- tal-kompiti 3
- is-segretarjat 3
- lill-bord 3
- għat-tħejjija 2
- tal-kontrollur 2
- oħra 2
- bejn 2
- jkun 2
- ir-regolament 2
- tiegħu 2
- segretarjat 2
- mal-pubbliku 1
- elettroniċi 1
- mezzi 1
- għall-użu 1
- istituzzjonijiet 1
- il-membri 1
- responsabbli 1
- loġistiku 1
- amministrattiv 1
- partikolari: 1
- għax-xogħol 1
- il-president 1
- interna 1
- kuljum 1
- l-kummissjoni 1
- rilevanti 1
- awtoritajiet 1
- l-abbozzar 1
- superviżorji 1
- l-pubblikazzjoni 1
- opinjonijiet 1
- is-soluzzjoni 1
- dwar 1
- deċiżjonijiet 1
- testi 1
- adottati 1
- tilwim 1
- informazzjoni 1
- għat-traduzzjoni 1
- s-segwitu 1
Artikolu 75
Segretarjat
1. Il-Bord għandu jkollu segretarjat, li jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
2. Is-segretarjat għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.
3. Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal linji ta' rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuq il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
4. Fejn xieraq, il-Bord u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw Memorandum ta' Qbil li jimplimenta dan l-Artikolu, jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni tagħhom, u applikabbli għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament.
5. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord.
6. Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b'mod partikolari:
(a) | għax-xogħol ta' kuljum tal-Bord; |
(b) | għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord, il-President tiegħu u l-Kummissjoni; |
(c) | għall-komunikazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra u mal-pubbliku; |
(d) | għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna; |
(e) | għat-traduzzjoni ta' informazzjoni rilevanti; |
(f) | għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord; |
(g) | għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta' opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar is-soluzzjoni ta' tilwim bejn awtoritajiet superviżorji u testi oħra adottati mill-Bord. |
whereas
dal 2004 diritto e informatica