interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- għandu 12
- tad-data 11
- skont 11
- ir-regolament 10
- membru 8
- superviżorja 8
- tordna 8
- l-artikolu 7
- tal-istat 6
- konformità 6
- lill-kontrollur 6
- kull 6
- għal 5
- personali 5
- tal-kompiti 5
- ewropew 5
- jkollha 5
- tiegħu 5
- għall-protezzjoni 5
- kollha 5
- ċertifikazzjoni 5
- tal-kontrollur 4
- msemmija 4
- tal-artikolu 4
- fejn 4
- l-artikolu 4
- tagħha 4
- tal-bord 4
- pproċessar 4
- biex 4
- kwalunkwe 4
- awtorità 4
- il-proċessur 3
- twettaq 3
- l-proċessur 3
- tapprova 3
- ġejjin: 3
- tawtorizza 3
- ksur 3
- fil-punt 3
- dwar 3
- xieraq 3
- għall-komunikazzjoni 3
- kkonferiti 3
- lill-bord 3
- jkun 3
- fit-twettiq 3
- toħroġ 3
- involut 3
- tkun 3
Artikolu 55
Kompetenza
1. Kull awtorità superviżorja għandha tkun kompetenti biex twettaq il-kompiti assenjati lilha u l-eżerċizzju tas-setgħat ikkonferiti lilha f'konformità ma' dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess.
2. Fejn l-ipproċessar titwettaq minn awtoritajiet pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu abbażi tal-punt (c) jew (e) tal-Artikolu 6(1), għandha tkun kompetenti l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru kkonċernat. F'tali każijiet ma japplikax l-Artikolu 56.
3. L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx ikunu kompetenti li jissorveljaw l-attivitajiet ta' pproċessar ta' qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom.
Artikolu 58
Setgħat
1. Kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħat kollha investigattivi li ġejjin:
(a) | li tordna lill-kontrollur u l-proċessur, u, fejn applikabbli, lir-rappreżentant tal-kontrollur jew tal-proċessur biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li tirrikjedi għat-twettiq tal-kompiti tagħha; |
(b) | li twettaq investigazzjonijiet fil-forma ta' awditi tal-protezzjoni tad-data; |
(c) | li twettaq rieżami ta' ċertifikazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 42(7); |
(d) | li tinnotifika lill-kontrollur jew il-proċessur dwar ksur allegat ta' dan ir-Regolament; |
(e) | li tikseb, mill-kontrollur u l-proċessur, aċċess għad-data personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha; |
(f) | li tikseb aċċess għal kwalunkwe bini tal-kontrollur u l-proċessur, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz għall-ipproċessar tad-data, f'konformità mal-liġi proċedurali tal-Unjoni jew il-liġi proċedurali tal-Istat Membru. |
2. Kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħat kollha korrettivi li ġejjin:
(a) | li toħroġ twissijiet lil kontrollur jew proċessur li l-operazzjonijiet ta' pproċessar maħsuba x'aktarx jiksru dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; |
(b) | li ċċanfar kontrollur jew proċessur fejn l-operazzjonijiet ta' pproċessar ikunu kisru dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; |
(c) | li tordna lill-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma mat-talbiet tas-suġġett tad-data li jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament; |
(d) | li tordna lill-kontrollur jew il-proċessur jagħmel operazzjonijiet ta' pproċessar konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, fejn xieraq, b'mod speċifiku u f'perijodu ta' żmien speċifiku; |
(e) | li tordna lill-kontrollur jikkomunika ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data; |
(f) | li timponi limitazzjoni temporanja jew definittiva inkluża projbizzjoni fuq l-ipproċessar; |
(g) | li tordna r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar skont l-Artikoli 16, 17 u 18 u n-notifika ta' tali azzjonijiet lir-riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata d-data personali skont l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 19; |
(h) | li tirtira ċertifikazzjoni jew li tordna lill-korp taċ-ċertifikazzjoni biex jirtira ċertifikazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 42 u 43, jew li tordna lill-korp taċ-ċertifikazzjoni biex ma joħroġx ċertifikazzjoni jekk ma jkunux jew ma jibqgħux sodisfatti r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni; |
(i) | li timponi multa amministrattiva skont l-Artikolu 83, flimkien ma', jew minflok il-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu, skont iċ-ċirkostanzi ta' kull każ individwali; |
(j) | li tordna s-sospensjoni ta' flussi ta' data lejn riċevitur f'pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali. |
3. Kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħat kollha konsultattivi u ta' awtorizzazzjoni li ġejjin:
(a) | li tagħti parir lill-kontrollur f'konformità mal-proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 36; |
(b) | li tagħti, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba, opinjonijiet lill-parlament nazzjonali, il-gvern tal-Istat Membru jew, f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru, lil istituzzjonijiet u korpi oħra kif ukoll lill-pubbliku dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-protezzjoni tad-data personali; |
(c) | li tawtorizza l-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 36(5), jekk il-liġi tal-Istat Membru teħtieġ tali awtorizzazzjoni minn qabel; |
(d) | li toħroġ opinjoni u tapprova abbozzi ta' kodiċijiet ta' kondotta skont l-Artikolu 40(5); |
(e) | li takkredita korpi ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43; |
(f) | li toħroġ ċertifikazzjonijiet u tapprova kriterji ta' ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 42(5); |
(g) | li tadotta l-klawżoli standard ta' protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 28(8) u fil-punt (d) tal-Artikolu 46(2); |
(h) | li tawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 46(3); |
(i) | li tawtorizza l-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 46(3); |
(j) | li tapprova regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 47. |
4. L-eżerċizzju tas-setgħat ikkonferiti lill-awtorità superviżorja skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inklużi r-rimedju ġudizzjarju effettiv u l-proċess ġust, stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u l-liġijiet tal-Istati Membri f'konformità mal-Karta.
5. Kull Stat Membru għandu jipprevedi bil-liġi li l-awtorità superviżorja tiegħu għandu jkollha s-setgħa li tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji għal ksur ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, tibda jew timpenja ruħha b'mod ieħor fi proċedimenti legali, sabiex tinforza d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
6. Kull Stat Membru jista' jipprevedi bil-liġi li l-awtorità superviżorja tiegħu għandu jkollha setgħat addizzjonali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. L-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat ma għandux jostakola l-operazzjoni effettiva tal-Kapitolu VII.
Artikolu 75
Segretarjat
1. Il-Bord għandu jkollu segretarjat, li jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
2. Is-segretarjat għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.
3. Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal linji ta' rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuq il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
4. Fejn xieraq, il-Bord u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw Memorandum ta' Qbil li jimplimenta dan l-Artikolu, jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni tagħhom, u applikabbli għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament.
5. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord.
6. Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b'mod partikolari:
(a) | għax-xogħol ta' kuljum tal-Bord; |
(b) | għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord, il-President tiegħu u l-Kummissjoni; |
(c) | għall-komunikazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra u mal-pubbliku; |
(d) | għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna; |
(e) | għat-traduzzjoni ta' informazzjoni rilevanti; |
(f) | għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord; |
(g) | għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta' opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar is-soluzzjoni ta' tilwim bejn awtoritajiet superviżorji u testi oħra adottati mill-Bord. |
whereas
dal 2004 diritto e informatica