GDPR - BG CS DE EL EN ES ET FI FR GA IT LV LT MT PT SK SL SV
KAPITOLU IV
Kontrollur u proċessur
Taqsima 5
Kodiċijiet ta' kondotta u ċertifikazzjoni
Artikolu 43 Korpi ta' ċertifikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u s-setgħat tal-awtorità superviżorja kompetenti taħt l-Artikoli 57 u 58, il-korpi ta' ċertifikazzjoni li għandhom livell xieraq ta' għarfien espert fir-rigward tal-protezzjoni tad-data għandhom, wara li jinfurmaw l-awtorità superviżorja sabiex din tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 58(2) fejn meħtieġ, joħorġu u jġeddu ċertifikazzjoni. Stat Membru għandu jiżgura li dawk il-korpi ta' ċertifikazzjoni huma akkreditati minn waħda jew wieħed, jew mit-tnejn, li ġejjin:
2. Il-korpi ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu akkreditati skont dak il-paragrafu biss fejn ikunu:
3. L-akkreditazzjoni tal-korpi ta' ċertifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu abbażi ta' kriterji approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew, mill-Bord, skont l-Artikolu 63. Fil-każ ta' akkreditazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dawk ir-rekwiżiti għandhom jikkomplementaw dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u r-regoli tekniċi li jiddeskrivu l-metodi u l-proċeduri tal-korpi ta' ċertifikazzjoni. 4. Il-korpi ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli mill-valutazzjoni tajba li twassal għaċ-ċertifikazzjoni jew l-irtirar ta' tali ċertifikazzjoni mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-kontrollur jew il-proċessur għall-konformità ma' dan ir-Regolament. L-akkreditazzjoni għandha tinħareġ għal perijodu massimu ta' ħames snin u tista' tiġġedded bl-istess kondizzjonijiet sakemm il-korp ta' ċertifikazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu. 5. Il-korpi ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti bir-raġunijiet għall-għoti jew l-irtirar taċ-ċertifikazzjoni mitluba. 6. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità superviżorja f'forma faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll jittrażmettu dawk ir-rekwiżiti u kriterji lill-Bord. Il-Bord għandu jiġbor il-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni kollha u s-siġilli tal-protezzjoni tad-data kollha f'reġistru u għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku bi kwalunkwe mezz xieraq. 7. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VIII, l-awtorità superviżorja kompetenti jew il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni għandu jirtira akkreditazzjoni ta' korp ta' ċertifikazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk il-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni ma jiġu sodisfatti jew m'għadhomx jiġu sodisfatti, jew fejn azzjonijiet meħuda mill-korp ta' ċertifikazzjoni jiksru dan ir-Regolament. 8. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 92, għall-fini li tispeċifika r-rekwiżiti li għandu jittieħed kont tagħhom għall-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 42(1). 9. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw standards tekniċi għal mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni u għal siġilli u marki ta' protezzjoni tad-data, u mekkaniżmi għall-promozzjoni u r-rikonoxximent ta' dawk il-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni, siġilli u marki. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 93(2).
|
GDPR - BG CS DE EL EN ES ET FI FR GA IT LV LT MT PT SK SL SV
IV NODAĻA
Pārzinis un apstrādātājs
5. iedaļa
Rīcības kodeksi un sertifikācija
43. pants Sertifikācijas struktūras
1. Neskarot kompetentās uzraudzības iestādes uzdevumus un pilnvaras saskaņā ar 57. un 58. pantu, sertifikātu izdod un atjauno sertifikācijas struktūras, kam ir atbilstīgas specializētās zināšanas datu aizsardzības jomā, pēc tam, kad tās ir informējušas uzraudzības iestādi, lai tā vajadzības gadījumā varētu īstenot savas pilnvaras saskaņā ar 58. panta 2. punkta h) apakšpunktu. Dalībvalstis nodrošina, ka minētās sertifikācijas struktūras akreditē viena vai abas no turpmāk minētajām:
2. Šā panta 1. punktā minētās sertifikācijas struktūras akreditē saskaņā ar minēto punktu tikai tad, ja tās:
3. Šā panta 1. un 2. punktā minēto sertifikācijas struktūru akreditāciju veic, pamatojoties uz kritērijiem, ko apstiprinājusi uzraudzības iestāde, kura ir kompetenta, ievērojot 55. vai 56. pantu, vai kolēģija, ievērojot 63. pantu. Ja akreditāciju veic, ievērojot šā panta 1. punkta b) apakšpunktu, minētās prasības papildina prasības, kas paredzētas Regulā (EK) Nr. 765/2008, un tehniskos noteikumus, kuros aprakstītas sertifikācijas struktūru metodes un procedūras. 4. Šā panta 1. punktā minētās sertifikācijas struktūras ir atbildīgas par to, lai sertifikāts tiktu piešķirts vai šāds sertifikāts tiktu atsaukts pēc pienācīgi veikta novērtējuma, neskarot pārziņa vai apstrādātāja pienākumu ievērot šo regulu. Akreditāciju piešķir uz laikposmu, kas nepārsniedz piecus gadus, un to var atjaunot ar tādiem pašiem nosacījumiem ar noteikumu, ka sertifikācijas struktūra atbilst šajā pantā izklāstītajām prasībām. 5. Šā panta 1. punktā minētās sertifikācijas struktūras sniedz kompetentajām uzraudzības iestādēm informāciju par prasītā sertifikāta piešķiršanas vai atsaukšanas iemesliem. 6. Uzraudzības iestāde viegli pieejamā veidā publisko šā panta 3. punktā minētās prasības un 42. panta 5. punktā minētos kritērijus. Uzraudzības iestādes minētās prasības un kritērijus iesniedz arī kolēģijai. Kolēģija visus sertifikācijas mehānismus un datu aizsardzības zīmogus sakopo reģistrā un dara tos publiski pieejamus, izmantojot jebkādus piemērotus līdzekļus. 7. Neskarot VIII nodaļu, kompetentā uzraudzības iestāde vai valsts akreditācijas struktūra atsauc sertifikācijas struktūras akreditāciju, ievērojot šā panta 1. punktu, ja nav izpildīti vai vairs netiek pildīti akreditācijas nosacījumi vai ja sertifikācijas struktūras veiktās darbības pārkāpj šo regulu. 8. Komisija tiek pilnvarota pieņemt deleģētos aktus saskaņā ar 92. pantu nolūkā precizēt prasības, kas jāņem vērā attiecībā uz 42. panta 1. punktā minētajiem datu aizsardzības sertifikācijas mehānismiem. 9. Komisija var pieņemt īstenošanas aktus, ar ko nosaka tehniskos standartus sertifikācijas mehānismiem un datu aizsardzības zīmogiem un marķējumiem, un mehānismus minēto sertifikācijas mehānismu, zīmogu un marķējumu popularizēšanai un atzīšanai. Minētos īstenošanas aktus pieņem saskaņā ar 93. panta 2. punktā minēto pārbaudes procedūru.
|
dal 2004 diritto e informatica