interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- superviżorja 7
- ġudizzjarju 5
- rimedju 5
- għal 5
- awtorità 4
- kontra 4
- l-awtorità 3
- deċiżjoni 3
- effettiv 3
- jitressqu 2
- għandu 2
- d-dritt 2
- tad-data 2
- fejn 2
- kull 2
- skont 2
- ieħor 2
- kwalunkwe 2
- amministrattiv 2
- mhux 2
- mingħajr 2
- preġudizzju 2
- fejn 1
- proċedimenti 1
- stabbilita 1
- quddiem 1
- għandhom 1
- il-proċedimenti 1
- kienet 1
- il-qrati 1
- membru 1
- tal-istat 1
- tkun 1
- opinjoni 1
- għandha 1
- tibgħat 1
- l-opinjoni 1
- id-deċiżjoni 1
- l-artikolu 1
- konsistenza 1
- minn 1
- lill-qorti 1
- tal-bord 1
- fil-mekkaniżmu 1
- preċeduta 1
- titrattax 1
- vinkolanti 1
- tikkonċernaha 1
- suġġett 1
- hija 1
Artikolu 78
Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja
1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti ta' awtorità superviżorja li tikkonċernaha.
2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-data għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn l-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikoli 55 u 56 ma titrattax ilment jew ma tinformax lis-suġġett tad-data fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont l-Artikolu 77.
3. Il-proċedimenti kontra awtorità superviżorja għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità superviżorja.
4. Fejn jitressqu proċedimenti kontra deċiżjoni ta' awtorità superviżorja li kienet preċeduta minn opinjoni jew deċiżjoni tal-Bord fil-mekkaniżmu ta' konsistenza, l-awtorità superviżorja għandha tibgħat dik l-opinjoni jew id-deċiżjoni lill-qorti.
whereas
dal 2004 diritto e informatica