interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- membru 4
- superviżorja 4
- għandu 4
- awtorità 4
- konsistenza 3
- ir-regolament 3
- kull 3
- l-awtoritajiet 3
- stat 3
- konsistenti 2
- fl-unjoni 2
- superviżorji 2
- għall-applikazzjoni 2
- dawk 2
- biex 2
- dwar 2
- artikolu 2
- xulxin 2
- jikkooperaw 2
- għandhom 2
- mal-kummissjoni 2
- aktar 2
- waħda 2
- sabiex 2
- ikunu 2
- jinnotifika 1
- jipprovdi 1
- tal-liġi 1
- id-dispożizzjonijiet 1
- fl-artikolu 1
- lill-kummissjoni 1
- msemmi 1
- mill-awtoritajiet 1
- l-konformità 1
- jiżgura 1
- l-mekkaniżmu 1
- l-oħra 1
- mar-regoli 1
- pubblika 1
- mal-mekkaniżmu 1
- relatati 1
- tiegħu 1
- skont 1
- fejn 1
- kollha 1
- jikkontribwixxu 1
- mekkaniżmu 1
- rilevanti 1
- permezz 1
- it-taqsima 1
Artikolu 51
Awtorità superviżorja
1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika indipendenti waħda jew aktar ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi b'rabta mal-ipproċessar u biex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta' data personali fl-Unjoni (“awtorità superviżorja”).
2. Kull awtorità superviżorja għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament madwar l-Unjoni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-kummissjoni f'konformità mal-Kapitolu VII.
3. Fejn ikunu ġew stabbiliti aktar minn awtorità superviżorja waħda fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jaħtar l-awtorità superviżorja li trid tirrappreżenta dawk l-awtoritajiet fil-Bord u għandu jistabbilixxi l-mekkaniżmu biex jiżgura l-konformità mill-awtoritajiet l-oħra mar-regoli relatati mal-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.
4. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont dan il-Kapitolu, sal-25 ta' Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 63
Mekkaniżmu ta' konsistenza
Sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw ma' xulxin u, fejn rilevanti, mal-kummissjoni, permezz tal-mekkaniżmu ta' konsistenza kif stabbilit f'din it-Taqsima.
whereas
dal 2004 diritto e informatica