interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- għandu 7
- tal-unjoni 5
- tad-data 5
- għall-protezzjoni 5
- ewropew 4
- membru 3
- tal-bord 3
- il-bord 3
- jkun 3
- r-regoli 2
- il-korpi 2
- tal-vot 2
- ir-regolament 2
- rappreżentant 2
- l-uffiċċji 2
- artikolu 2
- għandha 2
- legali 2
- fiżiċi 2
- fir-rigward 2
- tal-ipproċessar 2
- persuni 2
- dwar 2
- atti 2
- oħra 2
- l-aġenziji 2
- il-kummissjoni 2
- awtorità 2
- stat 2
- superviżorja 2
- bħala 1
- jekk 1
- il-protezzjoni 1
- xieraq 1
- tissottometti 1
- bil-ħsieb 1
- leġiżlattivi 1
- proposti 1
- korp 1
- jkollu 1
- rappreżentat 1
- mill-president 1
- għall-istituzzjonijiet 1
- applikabbli 1
- ġuridika 1
- jikkorrispondu 1
- personalità 1
- rieżami 1
- dawk 1
- fis-sustanza 1
Artikolu 68
Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (il-“Bord”) huwa b'dan stabbilit bħala korp tal-Unjoni u jkollu personalità ġuridika.
2. Il-Bord għandu jkun rappreżentat mill-President tiegħu.
3. Il-Bord għandu jkun magħmul mill-kap ta' awtorità superviżorja ta' kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom.
4. Fejn fi Stat Membru jkun hemm aktar minn awtorità superviżorja waħda responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament, għandu jinħatar rappreżentant konġunt f'konformità mal-liġi ta' dak l-Istat Membru.
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-attivitajiet u l-laqgħat tal-Bord mingħajr dritt tal-vot. Il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant. Il-President tal-Bord għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-attivitajiet tal-Bord.
6. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu drittijiet tal-vot biss fuq deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-prinċipji u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji, u l-aġenziji tal-Unjoni li jikkorrispondu fis-sustanza ma' dawk ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 98
Rieżami ta' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data
Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tissottometti proposti leġiżlattivi bil-ħsieb li jiġu emendati atti legali oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' data personali, sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi u konsistenti ta' persuni fiżiċi individwi fir-rigward tal-ipproċessar. Dan għandu jikkonċerna b'mod partikolari r-regoli relatati mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data.
whereas
dal 2004 diritto e informatica