interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- tad-data 10
- personali 9
- data 5
- lis-suġġett 5
- tkun 4
- l-ksur 4
- għoli 3
- il-kontrollur 3
- minn 3
- fil-paragrafu 3
- msemmija 3
- imsemmija 2
- dawk 2
- għandu 2
- miżuri 2
- il-komunikazzjoni 2
- tista 2
- l-libertajiet 2
- ikun 2
- kwalunkwe 2
- komunikazzjoni 2
- jirriżulta 2
- riskju 2
- għad-drittijiet 2
- każ 1
- miżura 1
- minflok 1
- bħal 1
- simili 1
- pubblika 1
- hemm 1
- jkun 1
- probabbli 1
- sussegwenti 1
- jiżguraw 1
- bħall-kriptaġġ 1
- taċċessaha 1
- biex 1
- r-riskju 1
- tas-suġġetti 1
- tinvolvi 1
- sforz 1
- jimmaterjalizza 1
- fejn 1
- mhux 1
- sproporzjonat 1
- diġà 1
- kundizzjonijiet 1
- ikunu 1
- tiddeċiedi 1
Artikolu 34
Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data
1. Meta l-ksur ta' data personali probabbilment ikun ser jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi l-kontrollur għandu jikkomunika l-ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.
2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b'lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta' data personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u l-miżuri imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 33(3).
3. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun sodisfatta:
(a) | il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta' protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, u dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta' data personali, b'mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha, bħall-kriptaġġ; |
(b) | il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza; |
(c) | tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. F'każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b'mod għaldaqstant effettiv. |
4. Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkunsidrat il-probabbiltà li l-ksur tad-data personali li jirriżulta f'riskju għoli, tista' titolbu jagħmel dan jew tista' tiddeċiedi li xi kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ikunu sodisfatti.
whereas
dal 2004 diritto e informatica