interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- superviżorja 7
- tagħha 6
- awtorità 6
- kull 5
- tagħhom 4
- għandu 4
- kull 4
- jiżgura 3
- għandhom 3
- tas-setgħat 3
- membru 3
- stat 3
- tal-kompiti 3
- għandhomx 2
- jekk 2
- indipendenza 2
- jkollha 2
- inkompatibbli 2
- kwalunkwe 2
- minn 2
- tkun 2
- fit-twettiq 2
- ir-regolament 2
- il-membri 2
- konformità 2
- l-eżerċizzju 2
- stess 1
- l-persunal 1
- għad-direzzjoni 1
- esklużiva 1
- inklużi 1
- soġġett 1
- jkun 1
- fil-bord 1
- kooperazzjoni 1
- assistenza 1
- fil-kuntest 1
- dawk 1
- tal-membru 1
- jitwettqu 1
- reċiproki 1
- parteċipazzjoni 1
- tagħżel 1
- kontroll 1
- jkunu 1
- jistgħu 1
- pubbliċi 1
- parti 1
- mill-baġit 1
- nazzjonali 1
Artikolu 52
Indipendenza
1. Kull awtorità superviżorja għandha taġixxi b'indipendenza sħiħa fit-twettiq tal-kompiti tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament.
2. Il-membru jew il-membri ta' kull awtorità superviżorja għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament, jibqgħu ħielsa minn influwenza esterna, sew jekk tkun diretta jew indiretta, u m'għandhomx ifittxu u jieħdu istruzzjonijiet mingħand ħadd.
3. Membru jew membri ta' kull awtorità superviżorja għandhom iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u ma għandhomx, matul il-mandat tagħhom, jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe okkupazzjoni inkompatibbli, sew jekk bi qligħ jew le.
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull awtorità superviżorja tiġi pprovduta bir-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji, il-bini u l-infrastruttura meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħha u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, inklużi dawk li għandhom jitwettqu fil-kuntest ta' assistenza, kooperazzjoni u parteċipazzjoni reċiproki fil-Bord.
5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull awtorità superviżorja tagħżel u jkollha l-persunal tagħha stess li għandu jkun soġġett għad-direzzjoni esklużiva tal-membru jew il-membri tal-awtorità superviżorja konċernata.
6. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull awtorità superviżorja tkun soġġetta għal kontroll finanzjarju li ma jaffettwax l-indipendenza tagħha u li jkollha baġits annwali separati u pubbliċi, li jistgħu jkunu parti mill-baġit globali tal-istat jew nazzjonali.
whereas
dal 2004 diritto e informatica