Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • il-kapitolu 5
  • espressjoni 4
  • skont 3
  • personali 3
  • għal 3
  • tad-data 3
  • informazzjoni 2
  • finijiet 2
  • artistika 2
  • dwar 2
  • akkademika 2
  • ġurnalistiċi 2
  • letterarja 2
  • għall-protezzjoni 2
  • membri 2
  • għandhom 2
  • data 2
  • emenda 2
Home GDPR - Compare translations art 85

KAPITOLU IX Dispożizzjonijiet b'rabta ma' sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar
Taqsima 3 Bord ewropew għall-protezzjoni tad-data
Artikolu 85 Ipproċessar u libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonċiljaw skont il-liġi d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali skont dan ir-Regolament mad-dritt għal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, inkluż l-ipproċessar għal finijiet ġurnalistiċi u l-finijiet ta' espressjoni akkademika, artistika jew letterarja.

2.   Għall-ipproċessar li jsir għal finijiet ġurnalistiċi jew għall-fini ta' espressjoni akkademika artistika jew dik letterarja, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżenzjonijiet jew derogi mill-Kapitolu II (prinċipji), il-Kapitolu III (drittijiet tas-suġġett tad-data), il-Kapitolu IV (kontrollur u proċessur), il-Kapitolu V (trasferiment tad-data personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali), il-Kapitolu VI (awtoritajiet superviżorji indipendenti), il-Kapitolu VII (kooperazzjoni u konsistenza) u l-Kapitolu IX (sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar tad-data) jekk dawn jinħtieġu għal rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni ta' data personali mal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni.

3.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jkun adotta skont il-paragrafu 2 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe liġi ta' emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.

"La formazione del personale è la soluzione più economica per ottenere maggiore sicurezza informatica" - dott. V. Spataro