Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • qorti 5
  • membru 4
  • il-qorti 3
  • pendenti 3
  • proċedimenti 3
  •    fejn 3
  • invokata 3
  • stat 3
  • l-ewwel 3
  • tagħha 2
  • proċessur 2
  • ieħor 2
  • ħlief 2
  • tista 2
  • kontrollur 2
  • kwalunkwe 2
  • l-istess 2
  • jikkonċernaw 2
  • suġġett 2
  • kompetenti 2
  • tal-ipproċessar 2
  • fir-rigward 2
Home GDPR - Compare translations art 81

KAPITOLU VIII Rimedji, responsabbiltà u pieni
Taqsima 3 Bord ewropew għall-protezzjoni tad-data
Artikolu 81 Sospensjoni ta' proċedimenti

1.   Fejn qorti kompetenti ta' Stat Membru jkollha informazzjoni dwar proċedimenti, li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur, li huma pendenti f'qorti fi Stat Membru ieħor, din għandha tikkuntattja lill-qorti fl-Istat Membru l-ieħor biex tikkonferma l-eżistenza ta' tali proċedimenti.

2.   Fejn proċedimenti li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar tal-istess kontrollur jew proċessur ikunu pendenti f'qorti fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe qorti kompetenti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel, tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha.

3.   Fejn dawk il-proċedimenti jkunu pendenti quddiem qrati tal-prim'istanza, kwalunkwe qorti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel tista' wkoll, mal-applikazzjoni ta' wieħed mill-partijiet, iċċedi l-ġurisdizzjoni jekk il-qorti invokata l-ewwel ikollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet inkwistjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.

"Il tag di monitoraggio di Google Analytics poteva facilmente essere sfruttato per monitorare gli utenti contro il loro consenso." - dott. V. Spataro