Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • tiegħu 3
  • membru 3
  • fejn 3
  • tad-data 3
  • quddiem 3
  • il-kontrollur 2
  • il-proċessur 2
  • tal-istat 2
  • awtorità 2
  • ir-regolament 2
  • għal 2
  • jitressqu 2
  • rimedju 2
  • il-qrati 2
  • ġudizzjarju 2
Home GDPR - Compare translations art 79

KAPITOLU VIII Rimedji, responsabbiltà u pieni
Taqsima 3 Bord ewropew għall-protezzjoni tad-data
Artikolu 79 Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kontrollur jew proċessur

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja skont l-Artikolu 77, kull suġġett tad-data għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn jikkunsidra li nkisru d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament b'riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħu b'nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   Proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbiliment. B'mod alternattiv, tali proċedimenti jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-data jkollu r-residenza abitwali tiegħu, sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ma jkunx awtorità pubblika ta' Stat Membru li taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.


dal 2004 diritto e informatica