Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • għandu 5
  • tad-data 5
  • jiġi 4
  • il-kunsens 4
  • kunsens 3
  • jingħata 2
  • qabel 2
  • jekk 2
  • l-kunsens 2
  • dikjarazzjoni 2
  • kwalunkwe 2
  • rtirat 2
  • tiegħu 2
  • personali 2
  • jkun 2
  • ibbażat 2
  • ċar 2
  • tkun 2
  • għall-ipproċessar 2
Home GDPR - Compare translations art 7

KAPITOLU II Prinċipji
Artikolu 7 Kondizzjonijiet għal kunsens

1.   Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens, il-kontrollur għandu jkun jista' juri li s-suġġett tad-data ta kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu.

2.   Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jingħata fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjonijiet oħra, it-talba għall-kunsens għandha tiġi ppreżentata b'mod li jingħaraf b'mod ċar mill-kwistjonijiet l-oħra, f'forma intelliġibbli u li tkun faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi. Kwalunkwe parti minn tali dikjarazzjoni li tikkostitwixxi ksur ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tkun vinkolanti.

3.   Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel ma dan jiġi rtirat. Qabel ma jagħti l-kunsens, is-suġġett tad-data għandu jiġi informat b'dan. Għandu jkun faċli li jiġi rtirat kunsens daqs kemm li dan jingħata.

4.   Meta jiġi vvalutat jekk il-kunsens ikunx ingħata b'mod liberu, għandu jittieħed kont sħiħ tal-fatt jekk, inter alia, l-eżekuzzjoni ta' kuntratt, inkluż il-provvista ta' servizz, tkunx kondizzjonata fuq il-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali li ma jkunx meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta' dak il-kuntratt.

"Il 75% delle volte le informazioni utili per violare una società provengono da stagisti o neo assunti." - dott. V. Spataro