Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • membru 5
  • tagħhom 4
  • tal-istat 2
  • għandu 2
  • meħtieġa 2
  • għandhom 2
Home GDPR - Compare translations art 53

KAPITOLU VI Awtoritajiet superviżorji indipendenti
Taqsima 1 Status indipendenti
Artikolu 53 Kondizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità superviżorja

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull membru tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom jinħatar permezz ta' proċedura trasparenti minn:

il-parlament tagħhom;

il-gvern tagħhom;

il-Kap ta' Stat tagħhom; jew

korp indipendenti fdat bil-ħatra taħt il-liġi tal-Istat Membru.

2.   Kull membru għandu jkollu l-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa, b'mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, biex iwettaq dmirijietu u jeżerċita s-setgħat tiegħu.

3.   Id-dmirijiet ta' membru għandhom jintemmu fil-każ tal-iskadenza tal-mandat, ta' riżenja jew ta' rtirar obbligatorju f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   Membru għandu jitkeċċa biss f'każijiet ta' mġiba ħażina serja jew jekk il-membru ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet.


dal 2004 diritto e informatica