Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
- personali 10
- data 8
- fejn 6
- tad-data 4
- minn 3
- lill-awtorità 3
- tiddeskrivi 3
- għandha 3
- possibbli 3
- superviżorja 3
- mingħajr 3
- għandu 3
- ksur 3
- dewmien 3
- inklużi 2
- n-numru 2
- l-informazzjoni 2
- l-effetti 2
- tiġi 2
- pprovduta 2
- tal-ksur 2
- approssimattiv 2
- jkun 2
- wara 2
- tista 2
- bżonn 2
- jinnotifika 2
- l-ksur 2
- aktar 2
1. Fil-każ ta' ksur ta' data personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja kompetenti f'konformità mal-Artikolu 55 ħlief jekk il-ksur ta' data personali x'aktarx ma jirriżultax f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Fejn in-notifika lill-awtorità superviżorja ma ssirx fi żmien 72 siegħa, hija għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien.
2. Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed wara li jkun sar konxju ta' ksur ta' data personali.
3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:
(a) |
tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta' data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u n-numru approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru approssimattiv ta' data personali rreġistrata kkonċernata; |
(b) |
tagħti l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta' punt ta' kuntatt ieħor minn fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni; |
(c) |
tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta' data personali; |
(d) |
tiddeskrivi l-miżuri mittieħda jew proposti li jridu jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta' data personali, inkluż, fejn xieraq, miżuri biex itaffi l-effetti ħżiena possibbli. |
4. Fejn, u sa fejn mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni fl-istess ħin, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta f'fażijiet mingħajr dewmien bla bżonn.
5. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur ta' data personali, inklużi l-fatti relattivi għall-ksur tad-data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda. Dik id-dokumentazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità superviżorja tivverifika l-konformità ma' dan l-Artikolu.
dal 2004 diritto e informatica