Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • ir-regolament 5
  • personali 5
  • data 4
  •    dan 3
  • għall-ipproċessar 3
  • minn 3
  • tal-unjoni 3
  • attività 2
  • sistema 2
  • arkivjar 2
  • applikazzjoni 2
  • il-kamp 2
  • taħt 2
  • kriminali 2
  • parti 2
  • japplika 2
  • awtomatizzati 2
  • tifforma 2
  • mezzi 2
Home GDPR - Compare translations art 2

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni materjali

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data personali kompletament jew parzjalment b'mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b'mezzi awtomatizzati ta' data personali li tifforma parti minn sistema ta' arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta' arkivjar.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali:

(a)

matul attività li ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

(b)

mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE;

(c)

minn persuna fiżika waqt attività purament personali jew fid-dar;

(d)

mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika.

3.   Għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar tad-data personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 98.

4.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b'mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta' dik id-Direttiva.

"Gdpr: Dpo in conflitto di interesse portano a sanzioni se hanno cariche di responsabilità in azienda" - dott. V. Spataro