Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • tad-data 5
  • il-kontrollur 4
  • s-suġġett 2
  • informazzjoni 2
  • jidentifika 2
  • jipproċessa 2
  • addizzjonali 2
  • l-artikoli 2
  • ikun 2
Home GDPR - Compare translations art 11

KAPITOLU II Prinċipji
Artikolu 11 Ipproċessar li ma jeħtieġx identifikazzjoni

1.   Jekk il-finijiet li għalihom il-kontrollur jipproċessa data personali ma jeħtiġux jew ma għadhomx jeħtieġu l-identifikazzjoni ta' suġġett tad-data mill-kontrollur, il-kontrollur ma għandux ikun obbligat li jżomm, jikseb jew jipproċessa informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-data għall-unika raġuni li jikkonforma ma' dan ir-Regolament.

2.   Fejn, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kontrollur ikun jista' juri li mhuwiex f'pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data b'dan, jekk possibbli. F'tali każijiet, l-Artikoli 15 sa 20 ma japplikawx għajr fejn is-suġġett tad-data, għall-fini li jeżerċita d-drittijiet tiegħu taħt dawk l-Artikoli, jipprovdi informazzjoni addizzjonali li tippermetti li huwa jiġi identifikat.


dal 2004 diritto e informatica