Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • superviżorja 6
  • rimedju 4
  • ġudizzjarju 4
  • għal 4
  • kontra 3
  • deċiżjoni 3
  • l-awtorità 3
  • awtorità 3
  • ieħor 2
  • kwalunkwe 2
  • amministrattiv 2
  • fejn 2
  • preġudizzju 2
  • jitressqu 2
  •    mingħajr 2
  • skont 2
  • mhux 2
  • tad-data 2
  • d-dritt 2
  • għandu 2
  • effettiv 2
  • kull 2
Home GDPR - Compare translations art 78

KAPITOLU VIII Rimedji, responsabbiltà u pieni
Taqsima 3 Bord ewropew għall-protezzjoni tad-data
Artikolu 78 Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti ta' awtorità superviżorja li tikkonċernaha.

2.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-data għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn l-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikoli 55 u 56 ma titrattax ilment jew ma tinformax lis-suġġett tad-data fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont l-Artikolu 77.

3.   Il-proċedimenti kontra awtorità superviżorja għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità superviżorja.

4.   Fejn jitressqu proċedimenti kontra deċiżjoni ta' awtorità superviżorja li kienet preċeduta minn opinjoni jew deċiżjoni tal-Bord fil-mekkaniżmu ta' konsistenza, l-awtorità superviżorja għandha tibgħat dik l-opinjoni jew id-deċiżjoni lill-qorti.


dal 2004 diritto e informatica