Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • personali 10
  • data 8
  • fejn 6
  • tad-data 4
  • minn 3
  • lill-awtorità 3
  • tiddeskrivi 3
  • għandha 3
  • possibbli 3
  • superviżorja 3
  • mingħajr 3
  • għandu 3
  • ksur 3
  • dewmien 3
  • inklużi 2
  • n-numru 2
  • l-informazzjoni 2
  • l-effetti 2
  • tiġi 2
  • pprovduta 2
  • tal-ksur 2
  • approssimattiv 2
  • jkun 2
  • wara 2
  • tista 2
  • bżonn 2
  • jinnotifika 2
  • l-ksur 2
  • aktar 2
Home GDPR - Compare translations art 33

KAPITOLU IV Kontrollur u proċessur
Taqsima 2 Sigurtà tad-data personali
Artikolu 33 Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja

1.   Fil-każ ta' ksur ta' data personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja kompetenti f'konformità mal-Artikolu 55 ħlief jekk il-ksur ta' data personali x'aktarx ma jirriżultax f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Fejn in-notifika lill-awtorità superviżorja ma ssirx fi żmien 72 siegħa, hija għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien.

2.   Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed wara li jkun sar konxju ta' ksur ta' data personali.

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a)

tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta' data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u n-numru approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru approssimattiv ta' data personali rreġistrata kkonċernata;

(b)

tagħti l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta' punt ta' kuntatt ieħor minn fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni;

(c)

tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta' data personali;

(d)

tiddeskrivi l-miżuri mittieħda jew proposti li jridu jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta' data personali, inkluż, fejn xieraq, miżuri biex itaffi l-effetti ħżiena possibbli.

4.   Fejn, u sa fejn mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni fl-istess ħin, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta f'fażijiet mingħajr dewmien bla bżonn.

5.   Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur ta' data personali, inklużi l-fatti relattivi għall-ksur tad-data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda. Dik id-dokumentazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità superviżorja tivverifika l-konformità ma' dan l-Artikolu.


dal 2004 diritto e informatica