Choose: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV

Output generated live by software developed by IusOnDemand srl

  • tad-data 8
  • tas-suġġett 4
  • biex 3
  • l-libertajiet 3
  • leġittimi 3
  • tkun 3
  • l-interessi 3
  • miżuri 3
  • adatti 2
  • il-kontrollur 2
  • kuntratt 2
  • għandu 2
  • imsemmija 2
  • d-drittijiet 2
  • salvagwardati 2
  • jiġu 2
  • lilu 2
  • soġġett 2
Home GDPR - Compare translations art 22

KAPITOLU III Drittijiet tas-suġġett tad-data
Taqsima 4 Dritt ta' oġġezzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati
Artikolu 22 Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati, inkluż tfassil ta' profili

1.   Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni bbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta' profili, li jipproduċi effetti legali li jikkonċernaw lilu jew li bl-istess mod jaffettwa lilu b'mod sinifikanti.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk id-deċiżjoni:

(a)

tkun meħtieġa biex wieħed jidħol f'kuntratt, jew iwettaq kuntratt, bejn is-suġġett tad-data u kontrollur tad-data;

(b)

tkun awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur u li tistabbilixxi wkoll miżuri adatti għas-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data; jew

(c)

tkun ibbażata fuq il-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data.

3.   F'każijiet imsemmija fil-punt (a) u (c) tal-paragrafu 2, il-kontrollur tad-data għandu jimplimenta miżuri adatti biex jiġu salvagwardati d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, mill-inqas id-dritt li jikseb intervent uman min-naħa tal-kontrollur, li jesprimi l-fehma tiegħu u li jikkontesta d-deċiżjoni.

4.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx ikunu bbażati fuq kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 9(1), sakemm ma japplikax il-punt (a) jew (g) tal-Artikolu 9(2) u ma jkunux fis-seħħ miżuri biex jiġu salvagwardati d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.


dal 2004 diritto e informatica